L-għaqda nazzjonali hi kruċjali fil-ġlieda lit-Tibdil fil-Klima

Posted by:

|

On:

|

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif tal-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima, idea li l-PN ilu jixpruna u jimbutta sa mill-2019, meta l-istess Partit Nazzjonalista kien ressaq Mozzjoni fil-Parlament u ż-żewġ naħat tal-Kamra vvutaw biex tiġi dikjarata emerġenza klimatika.

Ninnutaw b’sodisfazzjon diversi ideat u emendi li ġew aċċettati min-naħa tal-Gvern, u oħrajn li ġew implimentati abbażi ta’ kompromess, biex tissaħħaħ il-ħidma tal-awtorità u l-kunsill. Dan kollu għaliex nagħrfu l-urġenza tas-sitwazzjoni u kif fil-preżent mhux qed isir biżżejjed biex jikkumbatti t-Tibdil fil-Klima.

Filwaqt li nħarsu ’l quddiem għal ħidma fuq bażi nazzjonali u mhux partiġjana, nagħrfu u nikkommettu ruħna li nkunu verament watchdog u nassiguraw li jkun hemm sistema ta’ checks and balances fuq il-ħidma tal-awtorità, biex niżguraw li din il-ħidma ma tkunx eżerċizzju ta’ greenwashing imma waħda li verament twassal għal deċiżjonijiet kuraġġużi u innovattivi li jiżguraw futur nadif u mixja lejn in-newtralità klimatika għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.

Eve Borg Bonello
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika

07.10.2024

National unity is crucial in the battle against Climate Change

The Partit Nazzjonalista welcomes the launch of the Climate Action Authority, an idea it has been advocating for since 2019, when the PN had tabled a Motion in Parlament and both sides had voted to declare a climate emergency.

We note with satisfaction various ideas and amendments that were accepted by the Government, and others that were implemented through compromise, to strengthen the work of the authority and the council. This, of course, is due to us recognising the urgency of the situation and that not enough is being done to combat Climate Change at present.

While we look forward to work on a national and non-partisan basis, we recognise and commit ourselves to truly being a watchdog and a check and balance on the authority’s work, to ensure that this effort is not just an exercise in greenwashing but one that genuinely leads to bold and innovative decisions that ensure a clean future and progress towards climate neutrality for coming generations.

Eve Borg Bonello
Shadow Minister for Climate Change and Public Cleanliness

07.10.2024