L-aħbar dwar il-Ġnien Vertikali ta’ Raħal Ġdid li sewa €30,000 u li tneħħa wara biss ftit snin hija sintomu ta’ problema ikbar, l-istess problema ta’ Project Green. Il-Gvern jonfoq eluf fuq proġetti li kulma huma opportunitajiet ta’ ritratti u PR għall-Ministri, li huma destinati li jfallu minħabba nuqqas ta’ ppjanar u viżjoni fit-tul.
Politika nazzjonali ta’ afforestazzjoni fit-tul għandha tkun ċentrali fil-ġlieda ta’ Malta kontra t-Tibdil fil-Klima, minflok qed nitimgħu l-istess PR ta’ soil-cement u ftit xtieli f’ġonna li diġà jeżistu.
Malta u Għawdex jeħtieġu pulmuni ħodor, speċjalment f’żoni urbani u żoni b’konġestjoni kbira. L-istess wegħda toħroġ f’kull ċiklu elettorali, però waqt il-leġiżlatura tibqa’ paroli biss.
Dan biex ma nsemmux r-rapporti li fi proġetti oħra ta’ Project Green, għal kull €2 li jintefqu fuq sigra, jintefaq €1 fuq PR.
Min se jieħu responsabbiltà għall-flus moħlija ripetutament fuq il-proġetti intiżi biss biex jidhru jippuppaw il-Ministri?
Il-Partit Nazzjonalista huwa impenjat li jaħdem biex ikollna soluzzjonijiet ħodor sostenibbli. Għandna bżonn naġixxu, u malajr. It-Tibdil fil-Klima huwa theddida eżistenzjali, mhux buzzword ta’ greenwashing għall-Ministri.
Eve Borg Bonello
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika
Rebekah Borg
Shadow Minister għall-Ambjent
28.09.2024
More trees, fewer projects meant solely for failed PR
The news about the Vertical Garden in Paola, which cost €30,000 and was removed after only a few years, is symptomatic of a larger issue, the same problem with Project Green. The Government spends thousands on projects that are merely photo opportunities and PR stunts for ministers, which are bound to fail due to poor planning and a lack of long-term vision.
A nationwide long-term afforestation policy should be central to Malta’s fight against climate change, but instead we are nauseatingly fed the same PR stunts of soil-cement and throwing around a few saplings in already existing gardens.
Malta and Gozo need green lungs, especially in urban areas and those with heavy congestion. The same promise is made in every election cycle, only to come up short duiring subsequent legislatures.
That’s not to mention reports that in other Project Green ventures, for every €2 spent on a tree, €1 is spent on PR.
Who will take responsibility for the funds repeatedly wasted on projects that are only meant to make ministers look good?
The Partit Nazzjonalista is committed to working towards sustainable green solutions. We need to act, and fast. Climate change is an existential threat, not a buzzword for greenwashing ministers.
Eve Borg Bonello
Shadow Minister for Climate Change and Public Cleanliness
Rebekah Borg
Shadow Minister for the Environment
28.09.2024