Eve Borg Bonello tirrappreżenta l-Parlament Malti f’Laqgħa Inter-Parlamentari dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Effiċjenza fl-Enerġija.

Posted by:

|

On:

|

Eve Borg Bonello irrappreżentat il-Parlament Malti fil-Ħamsa u Għoxrin Laqgħa Inter-Parlamentari (IPM25) dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, li saret bejn is-17 u t-18 t’Ottubru tal-2025 f’Copenhagen.

L-IPM25 hija laqgħa li tiġbor flimkien Membri tal-Parlamenti tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea, gvernijiet nazzjonali, l-industrija, l-akkademja u l-għaqdiet mhux governattivi biex jaqsmu l-aħjar il-prattiki tagħhom u jiddiskutu d-direzzjoni futura tal-enerġija rinnovabbli fl- Ewropa. Il-programm iffoka fuq temi ewlenin bħall-Patt għal Industrija Nadifa, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, u l- implimentazzjoni nazzjonali tal-politiki dwar il-klima u l-enerġija.

Matul iż-żjara tagħha f’Copenhagen, Borg Bonello ħadet sehem b’mod attiv f’diversi diskussjonijiet, fejn wasslet il-perspettiva Maltija bħala Stat gżira fuq il-periferija tal-Ewropa. Hija enfasizzat kemm l-isfidi kif ukoll l-opportunitajiet li jirriżultaw min dan il-kuntest ġeografiku. Fil-kummenti tagħha, sostniet li minkejja l- limitazzjonijiet tagħha, Malta għandha tibqa’ impenjata bis-sħiħ biex tippromwovi alternattivi ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari dawk il-proġetti li jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Borg Bonello qalet li l-enerġija rinnovabbli trid l-ewwel tirbaħ l-argument ekonomiku biex tkun tista’ verament taħdem għal kulħadd.

Hija ħeġġet lill-uffiċjali Ewropej biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament u s-sistemi ta’ inċentivi jiġu aġġustati b’tali mod li jnaqqsu d-differenzi reġjonali, isaħħu lill-familji li jbatu minn faqar enerġetiku, u jiżguraw li ħadd ma jitħalla lura fil-bidla lejn futur sostenibbli.

Borg Bonello qalet: “Fuq kollox, kienet opportunità biex naqsam ideat ma’ kollegi minn madwar l-UE, filwaqt li nfittxu wkoll appoġġ tekniku u politika adattata għall-kuntest tal-gżejjer.”

Bħala vuċi tal-Oppożizzjoni fid-dibattitu Ewropew dwar l-enerġija nadifa, Eve Borg Bonello kkonfermat mill- ġdid li l-partit lest li jikkontribwixxi b’mod kostruttiv lejn futur aktar ekoloġiku għall-Ewropa.


Eve Borg Bonello represents Maltese Parliament at Inter-Parliamentary Meeting on Renewable Energy and Energy Efficiency

Eve Borg Bonello represented Maltese Parliament the 25th Inter-Parliamentary Meeting (IPM25) on Renewable Energy and Energy Efficiency, held between the 17th and 18th of October 2025 in Copenhagen, hosted under the auspices of EUFORES and the Danish EU Council Presidency.

IPM25 is a high-level gathering of Members of Parliament from across the EU, together with stakeholders from the European Commission, national governments, industry, academia and NGOs, to exchange best practices and debate the future direction of renewable energy in Europe. The programme focused on key issues such as the Clean Industrial Deal, the European Green Deal, and national implementation of climate and energy policies.

During her time in Copenhagen, Eve Borg Bonello actively participated in several panels and discussions, advancing the Maltese perspective as a small island state on Europe’s periphery. She underscored both the challenges and opportunities that arise from Malta’s geographical and economic context. In her remarks, she stressed that, despite its constraints, Malta remains firmly committed to advancing green energy alternatives, especially policies and projects that uplift those who are the most vulnerable.

Borg Bonello said that only by ensuring the economic rationale for green energy is made to work for everyone, including the most vulnerable, will it fully succeed.

She insisted with her European counterparts to ensure that legislation, financing mechanisms, and incentive schemes are tailored to bridge regional disparities, support energy-poor households, and ensure that no community is left behind in the shift towards sustainable, low-carbon future.

Borg Bonello said: “Above all, it was an opportunity for exchanging insights with peers from across the EU, while also seeking technical and policy support tailored to island contexts.”

As the Opposition’s voice in the European green debate, Eve Borg Bonello reaffirmed her party’s readiness to contribute constructively to Europe’s greener future.